EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 52012HB0020

Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 14 ta’ Settembru 2012 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Banc Ceannais na hÉireann/Central Bank of Ireland (BĊE/2012/20)

ĠU C 286, 22.9.2012, p. 1–1 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 286/1


RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-14 ta’ Settembru 2012

lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Banc Ceannais na hÉireann/Central Bank of Ireland

(BĊE/2012/20)

2012/C 286/01

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali jiġu vverifikati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Il-mandat tal-awdituri esterni li għandu bħalissa l-Banc Ceannais na hÉireann/Central Bank of Ireland intemm wara l-verifika għas-sena finanzjarja 2011. Huwa għalhekk meħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2012.

(3)

Il-Banc Ceannais na hÉireann/Central Bank of Ireland għażel lil RSM Farrell Grant Sparks bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2012 sa 2016,

ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

Huwa rrakkomandat illi RSM Farrell Grant Sparks għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni tal-Banc Ceannais na hÉireann/Central Bank of Ireland għas-snin finanzjarji 2012 sa 2016.

Magħmul fi Frankfurt am Main, l-14 ta’ Settembru 2012.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


Fuq