EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea
Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 52010HB0016
Recommendation of the European Central Bank of 8 October 2010 to the Council of the European Union on the external auditors of Eesti Pank (ECB/2010/16)
Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat- 8 ta’ Ottubru 2010 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Eesti Pank (BĊE/2010/16)
Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat- 8 ta’ Ottubru 2010 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Eesti Pank (BĊE/2010/16)
ĠU C 282, 19.10.2010, p. 1–1
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
19.10.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 282/1 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-8 ta’ Ottubru 2010
lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Eesti Pank
(BĊE/2010/16)
2010/C 282/01
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u partikolarment l-Artikolu 27.1 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Ewrosistema huma awditjati minn awdituri esterni indipendenti rrikkmandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
(2) |
Skont l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/416/UE tat-13 ta’ Lulju 2010 konformi mal-Artikolu 140(2) tat-Trattat dwar l-adozzjoni tal-euro mill-Estonja fl-1 ta’ Jannar 2011 (1) l-Estonja tissodisfa l-kundizzjonijiet neċessarji għall-adozzjoni tal-euro u d-deroga favur l-Estonja msemmija fl-Artikolu 4 tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003 (2) hija mħassra b’effett mill-1 ta’ Jannar 2011. |
(3) |
Eesti Pank għażel lil AS Deloitte Audit Eesti bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin fiannzjarji 2011 sa 2015, |
ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
Huwa rrikkmandat illi AS Deloitte Audit Eesti għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni tal-Eesti Pank għas-snin finanzjarji 2011 sa 2015.
Magħmula fi Frankfurt am Main, it-8 ta’ Ottubru 2010.
Il-President tal-BĊE
Jean-Claude TRICHET
(1) ĠU L 196, 28.7.2010, p. 24.
(2) ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33.