EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 52009AB0076

Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tad- 29 ta’ Settembru 2009 fuq proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar l-introduzzjoni tal-euro (CON/2009/76)

ĠU C 246, 14.10.2009, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 246/1


OPINJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tad-29 ta’ Settembru 2009

fuq proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar l-introduzzjoni tal-euro

(verżjoni kodifikata)

(CON/2009/76)

2009/C 246/01

Introduzzjoni u bazi legali

Fil-15 ta’ Lulju 2009, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talba mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għal opinjoni fuq proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar l-introduzzjoni tal-euro (Verżjoni kodifikata) (1) (minn hawn ’il quddiem ir-“regolament propost”).

Il-kompetenza tal-BĊE biex jagħti opinjoni hija bbażata fuq l-Artikolu 123(4), it-tielet sentenza, tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea. Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 17.5 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni.

Il-BĊE ġeneralment jilqa’ l-kodifikazzjoni tal-acquis communautaire, partikolarment fil-qasam tal-unjoni ekonomika u monetarja, li tikkontribwixxi għal qafas ċar, effettiv u trasparenti legali.

Proposta ta’ abbozzar speċifika tidher fl-Anness akkumpanjata b’test spjegattiv f’dan is-sens.

Magħmul fi Frankfurt am Main, fid-29 ta’ Settembru 2009.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  KUMM(2009) 323 finali.


ANNESS

Proposti tal-abbozzar

Test propost mill-Kummissjoni

Emendi proposti mill-BĊE (1), (2)

Emenda 1

Dispożizzjonijiet finali

“Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha, skont l-Artikolu 249 tat-Trattat, bla ħsara għall-Protokoll dwar ċerti dispożizzjonijiet rigward ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u l-Protokoll dwar ċerti dispożizzjonijiet rigward id-Danimarka u l-Artikolu 122(1) tat-Trattat.”

“Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha, skont l-Artikolu 249 tat-Trattat, bla ħsara għall-Protokoll dwar ċerti dispożizzjonijiet rigward ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u l-Protokoll dwar ċerti dispożizzjonijiet rigward id-Danimarka u l-Artikolu 122(1) it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropeà.

Spjegazzjoni

Il-kliem suġġerit isegwi l-gwida pprovduta mill-manwal ta’ preċedenti għal atti stabbilit fil-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (doc. SN 1315/1/08 Rev 1, paġna 3), disponibbli bl-Ingliż fuq http://ec.europa.eu, fejn jingħad li “Dan il-kliem għandu jiddaħħal minflok il-kliem tas-soltu meta r-regolament ma jkunx japplika għal, jew fi, l-Istati Membri kollha (eż. l-Istati Membri li ma jieħdux sehem fl-euro…)”.


(1)  Il-grassett fil-korp tat-test jindika fejn il-BĊE qed jipproponi test ġdid.

(2)  L-ingassar (strikethrough) fil-korp tat-test jindika fejn il-BĊE jipproponi li jħassar test.


Fuq