EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 52013AB0048

Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 5 ta’ Lulju 2013 dwar proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 974/98 fir-rigward tal-introduzzjoni tal-euro fil-Latvja u dwar proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2866/98 fir-rigward tar-rata ta' konverżjoni għall-euro għal-Latvja (CON/2013/48)

ĠU C 204, 18.7.2013, p. 1–1 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

18.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 204/1


OPINJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-5 ta’ Lulju 2013

dwar proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 974/98 fir-rigward tal-introduzzjoni tal-euro fil-Latvja u dwar proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2866/98 fir-rigward tar-rata ta' konverżjoni għall-euro għal-Latvja

(CON/2013/48)

2013/C 204/01

Introduzzjoni u bażi legali

Fit-18 ta' Ġunju 2013 il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talba mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għal opinjoni dwar proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 974/98 fir-rigward tal-introduzzjoni tal-euro fil-Latvja (1). Fit-3 ta' Lulju 2013 il-BĊE irċieva talba mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għal opinjoni dwar proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2866/98 fir-rigward tar-rata ta' konverżjoni għall-euro għal-Latvja (2).

Il-kompetenza tal-BĊE li jagħti opinjoni hija bbażata fuq l-Artikolu 140(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 17.5 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni.

Osservazzjonijiet

1.

Ir-regolamenti proposti se jagħmlu possibbli l-introduzzjoni tal-euro bħala l-munita tal-Latvja wara l-abrogazzjoni tad-deroga tal-Latvja skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 140(2) tat-Trattat.

2.

Il-BĊE jilqa' r-regolamenti proposti.

Magħmul fi Frankfurt am Main, il-5 ta’ Lulju 2013.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  COM(2013) 337 final.

(2)  COM(2013) 492 final.


Fuq