EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 52010AB0052

Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 5 ta’ Lulju 2010 dwar proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 974/98 fir-rigward tal-introduzzjoni tal-euro fl-Estonja u dwar proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2866/98 fir-rigward tar-rata ta' konverżjoni għall-euro għall-Estonja (CON/2010/52)

ĠU C 190, 14.7.2010, p. 1–1 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 190/1


OPINJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-5 ta’ Lulju 2010

dwar proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 974/98 fir-rigward tal-introduzzjoni tal-euro fl-Estonja u dwar proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2866/98 fir-rigward tar-rata ta' konverżjoni għall-euro għall-Estonja

(CON/2010/52)

2010/C 190/01

Introduzzjoni u bażi legali

Fis-26 ta' Mejju 2010 il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talba mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea għal opinjoni dwar proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 974/98 fir-rigward tal-introduzzjoni tal-euro fl-Estonja (1). Fit-30 ta' Ġunju 2010 il-BĊE irċieva talba mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għal opinjoni dwar proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2866/98 fir-rigward tar-rata ta' konverżjoni għall-euro għall-Estonja (2).

Il-kompetenza tal-BĊE li jagħti opinjoni hija bbażata fuq l-Artikolu 140(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Skond l-ewwel sentenza tal-Artikolu 17.5 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni.

Osservazzjonijiet

1.

Ir-regolamenti proposti se jagħmlu possibbli l-introduzzjoni tal-euro bħala l-valuta tal-Estonja wara l-abrogazzjoni tad-deroga tal-Estonja skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 140(2) tat-Trattat.

2.

Il-BĊE jilqa' r-regolamenti proposti.

Magħmul fi Frankfurt am Main, 5 ta’ Lulju 2010.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  COM(2010) 240 finali.

(2)  COM(2010) 341 finali.


Fuq