EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea
Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 52011HB0007
Recommendation of the European Central Bank of 9 June 2011 to the Council of the European Union on the external auditors of the Oesterreichische Nationalbank (ECB/2011/7)
Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tad- 9 ta’ Ġunju 2011 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Oesterreichische Nationalbank (BĊE/2011/7)
Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tad- 9 ta’ Ġunju 2011 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Oesterreichische Nationalbank (BĊE/2011/7)
ĠU C 174, 15.6.2011, p. 6–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
15.6.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 174/6 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tad-9 ta’ Ġunju 2011
lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Oesterreichische Nationalbank
(BĊE/2011/7)
2011/C 174/04
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali huma verifikati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
(2) |
Skont Artikolu 37(1) tal-Liġi Federali dwar l-Oesterreichische Nationalbank, ta’ kull sena l-Laqgħa Ġenerali tal-Oesterreichische Nationalbank teleġġi żewġ awdituri esterni u żewġ awdituri esterni alternattivi. L-awdituri esterni alternattivi jingħataw il-mandat biss f’każ li l-awdituri esterni ma jkunux jistgħu jwettqu l-verifika. |
(3) |
Il-mandat kemm tal-awdituri esterni kif ukoll tal-awdituri esterni alternattivi tal-Oesterreichische Nationalbank intemm wara l-verifika għas-sena finanzjarja 2010. Huwa għalhekk neċessarju li jinħatru awdituri esterni sa mis-sena finanzjarja 2011. |
(4) |
L-Oesterreichische Nationalbank għażel għas-sena finanzjarja 2011 lil TPA Horwath Wirtschaftsprüfung GmbH u Ernst & Young Wirtschaftsprüfungsgesellschaft m.b.H. bħala l-awdituri esterni konġunti ġodda tiegħu, kif ukoll lil KPMG Austria GmbH Wirtschaftsprüfungs- und Steuerberatungsgesellschaft u Deloitte Audit Wirtschaftsprüfungs GmbH bħala l-awdituri esterni konġunti alternattivi ġodda tiegħu. |
(5) |
Il-mandat tal-awdituri esterni jista’ jiġġedded fuq bażi annwali, li ma jeċċedix terminu totali ta’ ħames snin u l-mandat tal-awdituri esterni alternattivi jista’ jiġġedded darba biss. |
ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
1. |
Huwa rrakkomandat illi TPA Horwath Wirtschaftsprüfung GmbH u Ernst & Young Wirtschaftsprüfungsgesellschaft m.b.H. jinħatru konġuntament bħala l-awdituri esterni tal-Oesterreichische Nationalbank għas-sena finanzjarja 2011. |
2. |
Huwa rrakkomandat illi TPA Horwath Wirtschaftsprüfung GmbH u Ernst & Young Wirtschaftsprüfungsgesellschaft m.b.H. jinħatru konġuntament bħala l-awdituri esterni alternattivi tal-Oesterreichische Nationalbank għas-sena finanzjarja 2011. |
3. |
Il-mandat tal-awdituri esterni jista’ jiġġedded fuq bażi annwali, li ma jeċċedix terminu totali ta’ ħames snin, u li jintemm sa mhux aktar tard mis-sena finanzjarja 2015. Il-mandat tal-awdituri esterni alternattivi jista’ jiġġedded darba biss u jintemm bis-sena finanzjarja 2012. |
Magħmul fi Frankfurt am Main, id-9 ta’ Ġunju 2011.
Il-President tal-BĊE
Jean-Claude TRICHET