Agħżel il-karatteristiċi sperimentali li tixtieq tipprova

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 52007AB0019

    Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 5 ta' Lulju 2007 fuq it-talba tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea dwar proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 974/98 fir-rigward ta' l-introduzzjoni ta' l-euro f'Ċipru, dwar proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 974/98 fir-rigward ta' l-introduzzjoni ta' l-euro f'Malta, dwar proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2866/98 fir-rigward tar-rata ta' konverżjoni għall-euro għal Ċipru u dwar proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2866/98 fir-rigward tar-rata ta' konverżjoni għall-euro għal Malta (CON/2007/19)

    ĠU C 160, 13.7.2007, p. 1–1 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    13.7.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 160/1


    Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew

    tal-5 ta' Lulju 2007

    fuq it-talba tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea dwar proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 974/98 fir-rigward ta' l-introduzzjoni ta' l-euro f'Ċipru, dwar proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 974/98 fir-rigward ta' l-introduzzjoni ta' l-euro f'Malta, dwar proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2866/98 fir-rigward tar-rata ta' konverżjoni għall-euro għal Ċipru u dwar proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2866/98 fir-rigward tar-rata ta' konverżjoni għall-euro għal Malta

    (CON/2007/19)

    (2007/C 160/01)

    Introduzzjoni u bażi legali

    Fil-25 ta' Mejju 2007, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talbiet mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea għal opinjoni dwar proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 974/98 fir-rigward ta' l-introduzzjoni ta' l-euro f'Ċipru (1), u għal opinjoni dwar proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament Nru 974/98 fir-rigward ta' l-introduzzjoni ta' l-euro f'Malta (2). Fl-4 ta' Lulju 2007, il-BĊE irċieva talbiet mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea għal opinjoni dwar proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2866/98 fir-rigward tar-rata ta' konverżjoni għall-euro għal Ċipru (3), u għal opinjoni dwar proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2866/98 fir-rigward tar-rata ta' konverżjoni għall-euro għal Malta (4). (Minn issa 'l quddiem “ir-regolamenti proposti”).

    Il-kompetenza tal-BĊE li jagħti opinjoni hija bbażata fuq l-Artikolu 123(5) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita` Ewropea. Skond l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 17.5 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni.

    1.   Osservazzjonijiet

    1.1

    Ir-regolamenti proposti se jagħmlu possibbli l-introduzzjoni ta' l-euro bħala l-valuta ta' Ċipru u ta' Malta, wara r-revoka tad-derogi ta' Ċipru u ta' Malta skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 122(2) tat-Trattat.

    1.2

    Il-BĊE jilqa' ir-regolamenti proposti.

    Magħmula fi Frankfurt am Main, fil-5 ta' Lulju 2007.

    Il-President tal-BĊE

    Jean-Claude TRICHET


    (1)  COM(2007) 257 finali.

    (2)  COM(2007) 260 finali.

    (3)  SEC(2007) 836 finali.

    (4)  SEC(2007) 837 finali.


    Fuq