EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea
Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 52011AB0018
Opinion of the European Central Bank of 4 March 2011 on a proposal for a Council regulation on denominations and technical specifications of euro coins intended for circulation (codification) (CON/2011/18)
Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 4 ta’ Marzu 2011 dwar proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar denominazzjonijiet u speċifikazzjonijiet tekniċi tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (kodifikazzjoni) (CON/2011/18)
Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 4 ta’ Marzu 2011 dwar proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar denominazzjonijiet u speċifikazzjonijiet tekniċi tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (kodifikazzjoni) (CON/2011/18)
ĠU C 114, 12.4.2011, p. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
12.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 114/1 |
OPINJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-4 ta’ Marzu 2011
dwar proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar denominazzjonijiet u speċifikazzjonijiet tekniċi tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (kodifikazzjoni)
(CON/2011/18)
2011/C 114/01
Introduzzjoni u bażi legali
Fis-26 ta’ Jannar 2011, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talba mingħand il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għal opinjoni dwar proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar denominazzjonijiet u speċifikazzjonijiet tekniċi tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (Kodifikazzjoni) (1) (minn hawn ’il quddiem “ir-regolament propost”).
Il-kompetenza tal-BĊE li jagħti opinjoni hija bbażata fuq l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(4) u l-Artikolu 128(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, peress illi r-regolament propost jirrigwarda d-denominazzjonijiet u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-muniti tal-euro. Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 17.5 tar-Regoli tal-Procedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni.
Osservazzjonijiet ġenerali
Ir-regolament propost huwa kodifikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 975/98 tat-3 ta’ Mejju 1998 dwar denominazzjonijiet u speċifikazzjonijiet tekniċi tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (2). L-ebda bidla fis-sustanza ma saret lir-regoli eżistenti dwar id-denominazzjonijiet u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-muniti tal-euro.
Waqt illi l-BĊE ġeneralment jilqa’ l-eżerċizzju ta’ kodifikazzjoni, huwa jinnota illi l-metodu ta’ kodifikazzjoni ma jippermettix li jsir tibdil sostanzjali lir-Regolament (KE) Nru 975/98. Madankollu l-BĊE huwa tal-fehma illi għandha ssir modifika lill-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti f’Anness I tar-regolament propost, kif spjegat fl-Anness.
Fejn il-BĊE jirrakkomanda illi jiġi emendat ir-regolament propost, qed tiġi stabbilita għal dan il-għan proposta għall-abbozzar fl-Anness flimkien ma’ test spjegattiv.
Magħmul fi Frankfurt am Main, l-4 ta’ Marzu 2011.
Il-President tal-BĊE
Jean-Claude TRICHET
(1) KUMM(2010) 691 finali.
(2) ĠU L 139, 11.5.1998, p. 6.
ANNESS
Proposti għall-abbozzar
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda proposta mill-BĊE (1) |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 1 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Premessa 13 tar-Regolament propost |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Spjegazzjoni Waqt illi valuri indikattivi relatati mal-ħxuna tal-muniti setgħu kienu l-uniċi valuri li setgħu jiġu stabbiliti fl-1998 meta l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni ġew adottati għall-ewwel darba, il-BĊE jirrakkomanda illi dawn il-valuri indikattivi jiġu issa sostitwiti mill-valuri tal-ħxuna reali tal-muniti tal-euro, li huma magħrufin sew u użati bħala valuri ta’ referenza miz-zekek biex jipproduċu l-muniti. |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 2 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Anness I għar-Regolament propost. |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
“Speċifikazzjonijiet tekniċi msemmija fl-Artikolu 1
|
“Speċifikazzjonijiet tekniċi msemmija fl-Artikolu 1
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Spjegazzjoni Anness I għar-Regolament propost jirriproduċi t-tabella li tinsab fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 975/98. F’din it-tabella, il-ħxuna tal-muniti hija indikata fit-tielet kolonna, b’nota ta’ qiegħ il-paġna li ssemmi li l-valuri dwar il-ħxuna huma ta’ natura indikattiva. Waqt illi dawn il-valuri indikattivi setgħu kienu l-uniċi valuri li setgħu jiġu stabbiliti fl-1998 meta l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni ġew adottati għall-ewwel darba, il-BĊE jirrakkomanda illi dawn il-valuri indikattivi jiġu issa sostitwiti mill-valuri tal-ħxuna reali tal-muniti tal-euro, li huma magħrufin sew u użati bħala valuri ta’ referenza miz-zekek biex jipproduċu l-muniti. |
(1) Il-grassett fil-korp tat-test jindika fejn il-BĊE qed jipproponi li jiddaħħal test ġdid. L-ingassar fil-korp tat-test jindika fejn il-BĊE qed jipproponi t-tħassir ta’ test.
(2) Il-valuri dwar l-ispessur huma indikattivi.”