EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 52008AB0015

Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat- 3 ta' April 2008 fuq it-talba tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea dwar proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni tal-Protokoll dwar il-proċedura tad-defiċit eċċessiv mehmuż mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (CON/2008/15)

ĠU C 88, 9.4.2008, p. 1–1 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

9.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 88/1


OPINJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-3 ta' April 2008

fuq it-talba tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea dwar proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni tal-Protokoll dwar il-proċedura tad-defiċit eċċessiv mehmuż mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea

(CON/2008/15)

(2008/C 88/01)

Introduzzjoni u bażi legali

Fid-19 ta' Marzu 2008 il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talba mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea għal opinjoni dwar proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni tal-Protokoll dwar il-proċedura tad-defiċit eċċessiv mehmuż mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (minn issa 'l quddiem “ir-Regolament propost”), li jikkodifika r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3605/93 tat-22 ta' Novembru 1993 dwar l-applikazzjoni tal-Protokoll dwar il-proċedura tad-defiċit eċċessiv mehmuż mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (1).

Il-kompetenza tal-BĊE li jagħti opinjoni hija bbażata skond l-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 105(4) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea. Skond l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 17.5 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni.

Osservazzjonijiet

Il-BĊE m'għandu l-ebda kummenti speċifiċi dwar ir-Regolament propost.

Magħmula fi Frankfurt am Main, fit-3 ta' April 2008.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  ĠU L 332, 31.12.1993, p. 7. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2103/2005 (ĠU L 337, 22.12.2005, p. 1).


Fuq