EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea
Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 52012HB0001
Recommendation of the European Central Bank of 10 February 2012 to the Council of the European Union on the external auditors of the Bank of Greece (ECB/2012/1)
Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 10 ta’ Frar 2012 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Bank of Greece (BĊE/2012/1)
Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 10 ta’ Frar 2012 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Bank of Greece (BĊE/2012/1)
ĠU C 48, 18.2.2012, p. 1–1
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
18.2.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 48/1 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-10 ta’ Frar 2012
lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Bank of Greece
(BĊE/2012/1)
2012/C 48/01
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, partikolarment l-Artikolu 27.1,
Billi:
(1) |
Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-banek ċentrali nazzjonali huma vverifikati minn awdituri esterni indipendenti rrikkmandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
(2) |
Il-mandat tal-awdituri esterni tal-Bank of Greece jispiċċa wara l-verifika għas-sena finanzjarja 2011. Jinħtieġ għalhekk li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2012. |
(3) |
Il-Bank of Greece għażel lil KPMG Certified Auditors A.E. bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2012 sa 2016, |
ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
Huwa rrikkmandat li KPMG Certified Auditors A.E. għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni tal-Bank of Greece għas-snin finanzjarji 2012 sa 2016.
Magħmula fi Frankfurt am Main, l-10 ta’ Frar 2012.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI