EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea
Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 32014Y0121(01)
Agreement of 6 December 2013 between the European Central Bank and the national central banks of the Member States outside the euro area amending the Agreement of 16 March 2006 between the European Central Bank and the national central banks of the Member States outside the euro area laying down the operating procedures for an exchange rate mechanism in stage three of economic and monetary union
Ftehim tas- 6 ta’ Diċembru 2013 bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri barra ż-żona tal-euro li jemenda l-Ftehim tas- 16 ta’ Marzu 2006 bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri barra ż-żona tal-euro li jistabbilixxi l-proċeduri operattivi għal mekkaniżmu tar-rata tal-kambju fit-tielet stadju tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja
Ftehim tas- 6 ta’ Diċembru 2013 bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri barra ż-żona tal-euro li jemenda l-Ftehim tas- 16 ta’ Marzu 2006 bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri barra ż-żona tal-euro li jistabbilixxi l-proċeduri operattivi għal mekkaniżmu tar-rata tal-kambju fit-tielet stadju tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja
ĠU C 17, 21.1.2014, p. 1–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Fis-seħħ
21.1.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 17/1 |
FTEHIM
tas-6 ta’ Diċembru 2013
bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri barra ż-żona tal-euro li jemenda l-Ftehim tas-16 ta’ Marzu 2006 bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri barra ż-żona tal-euro li jistabbilixxi l-proċeduri operattivi għal mekkaniżmu tar-rata tal-kambju fit-tielet stadju tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja
2014/C 17/01
1. |
|
u
2. |
Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) |
(minn hawn ’il quddiem il-“Partijiet”)
Billi:
(1) |
Il-Kunsill Ewropew fir-Riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta’ Ġunju 1997 (minn hawn ’il quddiem “ir-Riżoluzzjoni”) qabel li jistabbilixxi mekkaniżmu għal rata tal-kambju (minn hawn ’il quddiem “l-ERM II”) meta beda t-tielet stadju ta’ Unjoni Ekonomika u Monetarja fl-1 ta’ Jannar 1999. |
(2) |
Skont it-termini tar-Riżoluzzjoni, l-ERM II huwa mfassal biex jgħin jiżgura li l-Istati Membri barra ż-żona tal-euro li qed jipparteċipaw fl-ERM II jidderieġu l-politika tagħhom lejn l-istabbiltà, jinkoraġġixxi l-konverġenza u b’hekk jgħin lill-Istati Membri barra ż-żona tal-euro fl-isforzi tagħhom biex jadottaw l-euro. |
(3) |
Il-Latvja, bħala Stat Membru b’deroga, ilha tipparteċipa fl-ERM II mill-2005. Latvijas Banka huwa parti għall-Ftehim tas-16 ta’ Marzu 2006 bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri barra ż-żona tal-euro li jistabbilixxi l-proċeduri operattivi għal mekkaniżmu tar-rata tal-kambju fit-tielet stadju tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja (1), kif emendat bil-Ftehim tal-21 ta’ Diċembru 2006 (2), bil-Ftehim tal-14 ta’ Diċembru 2007 (3), bil-Ftehim tat-8 ta’ Diċembru 2008 (4), bil-Ftehim tat-13 ta’ Diċembru 2010 (5) u bil-Ftehim tal-21 ta’ Ġunju 2013 (6) (minn hawn ’il quddiem imsejħin kollettivament “il-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar l-ERM II”). |
(4) |
Skont l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/387/UE tad-9 ta’ Lulju 2013 dwar l-adozzjoni tal-euro fil-Latvja fl-1 ta’ Jannar 2014 (7) id-deroga favur il-Latvja msemmija fl-Artikolu 4 tal-Att tal-Adeżjoni tal-2003 hija rrevokata b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014. L-euro ser tkun il-munita tal-Latvja mill-1 ta’ Jannar 2014 u Latvijas Banka m’għandux jagħmel aktar parti mill-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar l-ERM II minn dik id-data. |
(5) |
Huwa għalhekk meħtieġ illi jiġi emendat il-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar l-ERM II biex tiġi kkunsidrata r-revoka tad-deroga favur il-Latvja, |
QABLU KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Emenda tal-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar l-ERM II minħabba r-revoka tad-deroga tal-Latvja
Latvijas Banka m’għandux jagħmel aktar parti mill-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar l-ERM II mill-1 ta’ Jannar 2014.
Artikolu 2
Sostituzzjoni ta’ Anness II tal-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar l-ERM II
L-Anness II tal-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar l-ERM II huwa sostitwit bit-test stipulat fl-Anness ta’ dan il-Ftehim.
Artikolu 3
Dispożizzjonijiet finali
1. Dan il-Ftehim jemenda l-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar l-ERM II b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014.
2. Dan il-Ftehim għandu jitħejja bl-Ingliż u jkun debitament iffirmat mir-rappreżentanti awtorizzati tal-Partijiet. Il-BĊE, li għandu jżomm il-Ftehim oriġinali, għandu jibgħat kopja ċċertifikata tal-Ftehim oriġinali lil kull bank ċentrali nazzjonali taż-żona tal-euro kif ukoll lil dawk barra ż-żona tal-euro. Dan il-Ftehim għandu jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Frankfurt am Main, is-6 ta’ Diċembru 2013.
Għal
Българска народна банка (Bank Nazzjonali Bulgaru)
…
Għal
Česká národní banka
…
Għal
Danmarks Nationalbank
…
Għal
Hrvatska narodna banka
…
Għal
Latvijas Banka
…
Għal
Lietuvos bankas
…
Għal
Magyar Nemzeti Bank
…
Għal
Narodowy Bank Polski
…
Għal
Banca Națională a României
…
Għal
Sveriges Riksbank
…
Għall-
Bank of England
…
Għall-
Bank Ċentrali Ewropew
…
(1) ĠU C 73, 25.3.2006, p. 21.
(3) ĠU C 319, 29.12.2007, p. 7.
(4) ĠU C 16, 22.1.2009, p. 10.
(6) ĠU C 187, 29.6.2013, p. 1.
(7) ĠU L 195, 18.7.2013, p. 24.
ANNESS
LIMITI MASSIMI GĦALL-AĊĊESS GĦALL-FAĊILITÀ TA’ FINANZJAMENT GĦAL ŻMIEN QASIR ĦAFNA MSEMMIJA FL-ARTIKOLI 8, 10 U 11 TAL-FTEHIM TAL-BANEK ĊENTRALI DWAR L-ERM II
b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014
(miljuni f’EUR) |
|
Banek ċentrali partijiet għal dan il-Ftehim |
Limiti massimi (1) |
Българска народна банка (Bank Nazzjonali Bulgaru) |
520 |
Česká národní banka |
760 |
Danmarks Nationalbank |
720 |
Hrvatska narodna banka |
440 |
Lietuvos bankas |
380 |
Magyar Nemzeti Bank |
690 |
Narodowy Bank Polski |
1 870 |
Banca Națională a României |
1 070 |
Sveriges riksbank |
970 |
Bank of England |
4 580 |
Bank Ċentrali Ewropew |
xejn |
Banek ċentrali nazzjonali taż-żona tal-euro |
Limiti massimi |
Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique |
xejn |
Deutsche Bundesbank |
xejn |
Eesti Pank |
xejn |
Central Bank of Ireland |
xejn |
Bank of Greece |
xejn |
Banco de España |
xejn |
Banque de France |
xejn |
Banca d’Italia |
xejn |
Central Bank of Cyprus |
xejn |
Latvijas Banka |
xejn |
Banque centrale du Luxembourg |
xejn |
Bank Ċentrali ta’ Malta |
xejn |
De Nederlandsche Bank |
xejn |
Oesterreichische Nationalbank |
xejn |
Banco de Portugal |
xejn |
Banka Slovenije |
xejn |
Národná banka Slovenska |
xejn |
Suomen Pankki |
xejn |
(1) L-ammonti indikati huma biss indikattivi għall-banek ċentrali li ma jipparteċipawx fl-ERM II.