EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 31999D0005(01)

Id-Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-7 ta' Ottubru 1999 dwar prevenzjoni ta' frodi (BĊE/1999/5)

ĠU L 291, 13.11.1999, p. 36–38 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Edizzjoni Speċjali biċ-Ċek: Kapitolu 01 Volum 003 P. 147 - 149
Edizzjoni Speċjali bl-Estonjan: Kapitolu 01 Volum 003 P. 147 - 149
Edizzjoni Speċjali bil-Letton: Kapitolu 01 Volum 003 P. 147 - 149
Edizzjoni Speċjali bil-Litwan: Kapitolu 01 Volum 003 P. 147 - 149
Edizzjoni Speċjali bl-Ungeriż Kapitolu 01 Volum 003 P. 147 - 149
Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 01 Volum 003 P. 147 - 149
Edizzjoni Speċjali bil-Pollakk: Kapitolu 01 Volum 003 P. 147 - 149
Edizzjoni Speċjali bis-Slovakk: Kapitolu 01 Volum 003 P. 147 - 149
Edizzjoni Speċjali bis-Sloven: Kapitolu 01 Volum 003 P. 147 - 149

Status legali tad-dokument Fis-seħħ

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1999/726/oj

31999D0726



Official Journal L 291 , 12/11/1999 P. 0036 - 0038


Id-Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew

tas-7 ta' Ottubru 1999

dwar prevenzjoni ta' frodi

(BĊE/1999/5)

(1999/726/KE)

IL-KUNSILL REGOLATORJU TA' L-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (hawnhekk iżjed 'il quddiem msejħa "Staut") u partikolarment l-Artikolu 12.3 tiegħu;

Wara li kkunsidra il-proposta tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE);

Wara li kkunsidra l-oppinjoni tal-Kumitat ta' l-Impjegati tal-BĊE;

(1) Billi l-BĊE, flimkien ma' l-istituzzjonijiet tal-Komunita' Ewropea u l-Istati Membri, jagħti importanza kbira lill-interessi finanzjarji tal-Komunita' u jagħmel sforz biex jikkumbatti l-frodi u attivitajiet oħra illegali li huma ta' detriment għall-interessi finanzjarji tal-Komunita;

(2) Billi il-Kunsill Ewropew f'Cologne f'Ġunju 1999 ikkunsidra x-xewqa imminenti li l-BĊE għandu jingħaqad ma' l-istituzzjonijiet tal-Komunita' Ewropea fl-isforz biex jikkombattu l-frodi fl-Unjoni Ewropea;

(3) Billi l-BĊE jagħti importanza kbira li jipproteġi l-interessi finanzjarji tiegħu u l-isforzi biex jikkumbatti l-frodi u attivitajiet illegali oħra li huma ta' detriment għall-interessi finanzjarji tiegħu;

(4) Billi kull mezz disponibbli għandu jiġi użat sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet, partikolarment fil-kuntest tad-dmirijiet investigattivi li jiddevolvu fuq l-BĊE u l-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet Ewropej, filwaqt li tissokta bid-distribuzzjoni u l-bilanċ tar-responsabbiltajiet preżenti bejn il-BĊE u l-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet Ewropej;

(5) Billi l-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri ħadu azzjoni biex jikkumbattu l-frodi u attivitajiet oħra illegali li huma ta' dettriment għall-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet abbażi ta' l-Artikolu 280 tat-Trattat li jistabbilixxi il-Komunitajiet Ewropej (hawnhekk iżjed 'il quddiem msejjaħ it-"Trattat");

(6) Billi l-indipendenza tal-BĊE hija prevista mit-Trattat u mill-Istatut: billi, skond it-Trattat u l-Istatut, il-BĊE għandu il-budget tiegħu u r-riżorsi proprji finanzjari separati minn dawk tal-Komunitajiet Ewropej;

(7) Billi, sabiex jinfurzaw il-mezzi disponibbli biex jikkombattu l-frodi, b'Deċiżjoni 1999/352/KE, KEFA, Euratom [1], il-Kummissjoni stabbiliet fost id-dipartimenti tagħha, Uffiċċju Ewropew għall-Kontra l-Frodi (OLAF) bir-responsabbilita' li jikkonduċi investigazzjonijiet amministrativi b'dan l-għan;

(8) Billi l-ġlieda kontra il-frodi u attivitajiet oħra illegali li huma ta' detriment għall-interessi finanzjarji tal-BĊE hija l-bażi tal-funzjoni tad-Direttorat għall-Verifikazzjonijiet Interni u billi d-Direttorat hu responsabbli għat-tmexxija ta' l-investigazzjonijiet amministrattivi fil-BĊE għal dan l-għan;

(9) Billi l-ġlieda kontra l-frodi u attivitajiet oħra illegali fil-BĊE għandhom jiġu mifhuma li jkopru attivitajiet simili kif ġie defenit fil-Parlament Ewropew, fil-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u fil-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, fl-ewwel subparagrafu ta' paragrafu 1 ta' l-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta' Mejju 1999 [2];

(10) Billi, biex ikabbar u jsaħħaħ l-indipendenza ta' l-attivitajiet tad-Direttorat għall-Verifikazzjonijiet Interni fil-ġlieda kontra il-frodi u attivitajiet illegali oħra li huma ta' detriment għall-interessi finanzjarji tal-BĊE, dan id-Direttorat għandu jagħmel rapport lill-kumitat ta' kontra l-frodi magħmula minn nies esterni u indipendenti ta' kwalifiki għolja fuq din il-materja.

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Kumitat tal-BĊE ta' kontra l-frodi

1. Il-kumitat ta' kontra l-frodi għandu jiġi stabbilit sabiex jinforza l-indipendenza tad-Direttorat dwar il-Verifikazzjonijiet Interni fl-attivitajiet tiegħu u r-rapporti konċernanti il-kwistjonijiet relatati mal-prevenzjoni u l-kxif ta' frodi u attivitajiet oħra illegali li huma ta' dettriment għall-interessi finanzjarji tal-BĊE u b'konformita' ma' l-istandard intern relevanti u/jew kodiċi ta' kondotta tal-BĊE. Il-Kompożizzjoni u l-poteri tal-kumitat ta' kontra l-frodi għandu jiġi stabilit b'dan l-Artikolu.

2. Il-kumitat ta' kontra l-frodi għandu jkun responsabbli sija biex jirregola il-monitoraġġ u jirrilaxxa l-attivitajiet li għalihom jirreferi paragrafu 1 fil-BĊE bid-Direttorat għall-Verifikazzjonijiet Interni.

3. Il-kumitat ta' kontra l-frodi għandu jkun kompost minn tlett persuni esterni li jkunu indipenti u fil-pussess ta' kwalifiki eċċellenti relevanti għall-attivitajiet tal-kumitat ta' kontra l-frodi. Għandhom jiġu maħtura b'deċiżjoni tal-Kunsill Regolatorju, li għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

4. Iż-żmien tal-kariga tal-membri tal-kumitat ta' kontra l-frodi għandu jkun tlett snin u dan għandu jkun mġedded darba waħda biss. Meta jiskadi ż-żmien tal-kariga, il-membri għandhom jibqgħu fil-kariga sakemm il-ħatra tagħhom tiġi mġedda jew jiġu sostitwiti skond kif ikun il-każ.

5. Sabiex jeżegwixxu d-dmirijiet tagħhom il-membri tal-kumitat ta' kontra l-frodi la għandhom jfittxu u lanqas jieħdu struzzjonijiet minn korpi deċiżjonali tal-BĊE, minn istituzzjonijiet jew korpi tal-Komunitajiet Ewropej, minn xi gvernijiet jew istituzzjonijiet jew korpi oħra.

6. Il-kumitat ta' kontra l-frodi għandu jaħtar chairperson u jaddotta regoli ta' proċedura proprji. Id-deċiżjonijiet għandhom jiġu meħuda bil-maġġoranza tal-membri tiegħu.

7. Id-Direttorat għall-Verifikazzjonijiet Interni għandu jibgħat kull sena programm bl-attivitajiet fil-paragrafu 1 ta' kontra l-frodi hawn fuq imsemmija. Id-Direttorat għall-Verifikazzjonijiet Interni għandu jżomm lill-kumitat ta' kontra l-frodi regolarment infurmat b'dawn l-attivitajiet, partikolarment bl-investigazzjonijiet tiegħu, b'dawn ir-riżultati u l-azzjonijiet meħuda konnessi. Il-kumitat ta' kontra l-frodi, jista', fejn hu approprjat, jagħti istruzzjonijiet lid-Direttorat tal-Verifikazzjonijiet Interni rigwardanti il-prestazzjoni tiegħu f'dawn l-attivitajiet.

F'każ li hemm investigazzjoni li ilha għaddejja għall-aktar minn sitt xhur, id-Direttorat għall-Verifikazzjonijiet Interni għandu jinforma lill-kumitat ta' l-anti-frodi bir-raġunijiet il-għala għadu ma ikkonkludiex l-investigazzjoni, u ukoll bid-data li fiha hi mistennija li titlesta. F'dan il-każ il-kumitat ta' kontra l-frodi għandu jinforma lill-Kunsill Regolatorju.

Id-Direttorat għall-Verifikazzjonijiet Interni għandu jinforma lill-kumitat ta' kontra l-frodi bil-każijiet fejn l-amministrazzjoni tal-BĊE jew il-korpi deċiżjonali tal-BĊE ma waslux biex jaġixxu fuq rakkomandazzjonijiet rigwardanti kwistjonijiet ta' prevenzjoni ta' frodi u kxif jew rigward konformita' ma' l-istandards interni rilevanti u/jew kodiċi ta' kondotta tal-BĊE. Id-Direttorat għall-Verifikazzjonijiet Interni għandu jinforma lill-kumitat b'każjijiet fejn informazzjoni għandha tiġi mgħoddija lill-awtorita' ġudizzjarja ta' l-Istati Membri.

8. Il-kumitat ta' kontra l-frodi għandu jippreżenta ta' l-inqas rapport kull sena fuq l-attivitajiet tiegħu lill-Kunsill Regolatorju, lill-awditur estern tal-BĊE u lill-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri. Il-Kumitat għandu jissottometti rapporti lill-Kunsill Regolatorju, lill-awdituri esterni tal-BĊE u lill-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri fuq ir-riżultati ta' l-investigazzjonijiet u azzjonijiet meħuda f'dan il-kuntest mid-Direttorat għall-Verifikazzjonijiet Interni.

9. Il-kumitat ta' l-anti-frodi għandu jkun responsabbli għall-relazzjonijiet mal-Kumitat Supervisorju ta' l-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) msejħa fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) No 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [3]. Dawn ir-Relazzjonijiet għandhom isegwu l-prinċipji stabbiliti b'deċiżjonijiet tal-BĊE.

10. Il-kumitat ta' kontra l-frodi jista' jinforma lill-awtorita' ġudizzjarja fejn evidenza raġonevoli turi li hemm ksur tal-liġI kriminali nazzjonali.

Artikolu 2

Responsabbilta' ta' rappurtar dwar kwistjonijiet ta' frodi

Id-Direttorat għall-Verifikazzjonijiet Interni hu, in konnessjoni ma' din id-Deċiżjoni u l-proċeduri eżiżstenti fil-BĊE, responsabbli għall-investigazzjonijiet u rappurtaġġ fuq il-kwistjonijiet relatati mal-prevenzjoni u kxif ta' frodi u attivitajiet oħra illegali li huma ta' detriment għall-interssi finanzjarji tal-BĊE u inkonformita' ma' l-istandards interni rilevanti u/jew kodiċi ta' kondotta tal-BĊE

Artikolu 3

Indipendenza

Sabiex tassigura li d-Direttorat għall-Verifikazzjonijiet Interni hu kompetenti li jinvestiga u jirraporta b'mod effiċenti u bil-livell ta' indipendenza mistħoqqa l-kwistjonijiet kollha relatati mal-prevenzjoni u kxif ta' frodi, id-Direttorat għall-Verifikazzjonijiet Interni għandu jagħmel rapport lill-kumitat ta' kontra l-frodi msejħa fl-Artikolu 1 ta' din id-Deċiżjoni fuq kwistjonijiet ta' frodi.

Artikolu 4

Informazzjoni għall-persuni li qed jiġu investigati

Meta toħroġ il-possibilta' ta' implikazzjonijiet personali mill-investigazzjoni ta' frodi, id-Direttorat għall-Verifikazzjonijiet Interni għadnu jinforma lill-persuni konċernati mill-iktar fis possibbli sakemm dan ma jkunx ta' dannu għall-investigazzjoni. Fi kwalunkwe ċirkostanza, konklużjonijiet li jirriggwardaw lill-persuni b'isimhom m'għandhomx jittieħdu qabel il-persuni konċernati jkunu ġew mogħtija l-opportunita' li jesprimu l-viżjoni tagħhom fuq il-fatti lilhom konċernati.

Jekk, wara li tkun saret investigazzjoni, l-ebda każ ma jista' jsir kontra l-persuni li kontrihom saru l-allegazzjonijiet, l-investigazzjonijiet li jikkonċernaw lilu/lilha għandhom jiġu arkivjati, bla ebda azzjoni oħra meħuda, b'deċiżjoni tad-Direttorat għall-Verifikazzjonijiet Interni, li għandu jinforma il-persuna konċerta bil-kitba.

Artikolu 5

Tmexxija ta' l-attivitajiet

L-attivitajiet msejħa fid-Deċiżjoni għandhom jiġu eżegwiti suġġetti sija għar-regoli tat-Trattati, partikolarment l-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u il-Protokol dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej, b'konsiderazzjoni speċjali għall-Kondizzjonijiet ta' l-impjieg għall-persunal tal-Bank Ċentrali Ewropew u l-Kondizzjonijiet ta' impjieg għal żmien qasir ħafna.

Il-Persunal tal-BĊE għandu, u kull persuna oħra tista', tinforma lill-kumitat ta' kontra l-frodi jew lid-Direttorat għall-Verifikazzjoniet Interni b'xi frodi jew attivitajiet illegali li huma ta' detriment għall-interessi finanzjarji tal-BĊE. Il-Persunal tal-BĊE m'għandu bl-ebda manjiera jsofri trattament inġust jew diskriminatorju bħala riżultat li kkontribbwixxa f'attivitajiet tal-kumitat ta' kontra l-frodi jew tad-Direttorat għall-Vedrifikazzjonijiet Interni msejħa f'din i-Deċiżżjoni.

Artikolu 6

Ilmenti

Kull membru tal-persunal tal-BĊE jsita' jissottometti lill-Bord Eżekuttiv jew lill-kumitat ta' kontra l-frodi ilment rigward xi att jew ommissjoni li jkollha effett gravi fuqu/fuqha magħmula mid-Direttorat għall-Verifikazzjonijiet Interni bħala parti mill-attivitajiet imsejħa fid-Deċiżjoni.

Artikolu 7

Kunfidenzalita

Kull informazzjoni miksuba fil-proċess ta' investigazzjonijiet fuq frodi, tkun xi tkun il-forma, għandha tkun suġġetta għas-sigriet professjonali kif msejjaħ fl-Artikolu 38 ta' l-Istatut. Il-membri tal-kumitat ta' l-anti-frodi għandhom l-obbligu li jintrabtu d'dan is-sigriet professjonali.

Artikolu 8

Pubblikazzjoni u Data Effettiva

Id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej

Din id-Deċiżjoni għandha tkun effettiva mal-pubblikazzjoni tagħha

Magħmula fi Frankfurt am Main, fis-7 ta' Ottubru 1999.

Il-President tal-BĊE

Willem F. Duisenberg

[1] ĠU L 136, 31.05.99, p. 20.

[2] ĠU L 136, 31.05.99, p. 15.

[3] ĠU L 136, 31.05.99, p. 1.

--------------------------------------------------

Fuq