EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 02003D0015(01)-20040722

Test konsolidat: Id-Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-28 ta' Novembru 2003 dwar l-approvazzjoni tal-volum ta' ħruġ ta' muniti fl-2004 (BĊE/2003/15) (2003/860/KE)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2003/860/2004-07-22

TEST Konsolidat: 32003D0015(01) — MT — 22.07.2004

2003D9015 — MT — 22.07.2004 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-28 ta' Novembru 2003

dwar l-approvazzjoni tal-volum ta' ħruġ ta' muniti fl-2004

(BĊE/2003/15)

(2003/860/KE)

(ĠU L 324, 11.12.2003, p.57)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

Id-Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-9 ta' Lulju 2004

  L 248

14

22.7.2004




▼B

ID-DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-28 ta' Novembru 2003

dwar l-approvazzjoni tal-volum ta' ħruġ ta' muniti fl-2004

(BĊE/2003/15)

(2003/860/KE)



IL-KUNSILL REGOLATORJU TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea, u partikolarment l-Artiklu 106 (2),

Billi:

(1)

Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għandu d-dritt esklussiv mill-1 ta' Jannar, 1999, biex japprova l-volum ta' muniti li joħorġu l-Istati Membri li addottaw l-ewro (l-Istati Membri parteċipanti).

(2)

L-Istati Membri parteċipanti ppreżentaw lill-BĊE għall-approvazzjoni tiegħu, kemm jistmaw li għandu jkun il-volum ta' muniti ewro li se joħorġu fl-2004, flimkien ma' noti ta' spjega dwar il-metodoloġija tat- tbassir,

IDDEĊIEDA:



Artikolu 1

L-approvazzjoni tal-volum ta' muniti ewro li se jinħarġu fl-2004

Il-BĊE japprova l-volum ta' muniti li l-Istati Membri parteċipanti se joħorġu fl-2004 kif deskritt fit-tabella li ġejja:

▼M1



(miljuni f'EUR)

 

Il-ħruġ ta' muniti ddestinati ghaċ-ċirkolazzjoni u l-ħruġ ta' muniti ta' kollezzjoni (mhux iddestinati għaċ-ċirkolazzjoni) fl-2004

Il-Belġju

203,0

Il-Ġermanja

1 035,0

Il-Greċja

207,4

Spanja

860,0

Franza

668,9

L-Irlanda

151,0

L-Italja

370,8

Il-Lussemburgu

70,0

Il-Pajjiżi l-Baxxi

175,0

L-Awstrija

212,0

Il-Portugall

230,0

Il-Finlandja

60,0

▼B

Artikolu 2

Dispożizzjoni finali

Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri parteċipanti.

Din id-Deċiżjoni se tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropeja.

Fuq