EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea
Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 32012D0019(01)
2012/507/EU: Decision of the European Central Bank of 7 September 2012 amending Decision ECB/2010/14 on the authenticity and fitness checking and recirculation of euro banknotes (ECB/2012/19)
2012/507/UE: Deċizjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas- 7 ta’ Settembru 2012 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2010/14 dwar il-verifika tal-awtentiċità u l-kundizzjoni u r-riċirkulazzjoni tal-karti tal-flus tal-euro (BĊE/2012/19)
2012/507/UE: Deċizjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas- 7 ta’ Settembru 2012 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2010/14 dwar il-verifika tal-awtentiċità u l-kundizzjoni u r-riċirkulazzjoni tal-karti tal-flus tal-euro (BĊE/2012/19)
ĠU L 253, 20.9.2012, p. 19–31
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
Fis-seħħ
20.9.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 253/19 |
DEĊIZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tas-7 ta’ Settembru 2012
li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2010/14 dwar il-verifika tal-awtentiċità u l-kundizzjoni u r-riċirkulazzjoni tal-karti tal-flus tal-euro
(BĊE/2012/19)
(2012/507/UE)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 128(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u partikolarment l-Artikolu 16 tiegħu,
Billi:
(1) |
Fis-16 ta’ Settembru 2010 il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) adotta d-Deċiżjoni BĊE/2010/14 dwar il-verifika tal-awtentiċità u l-kundizzjoni u r-riċirkulazzjoni tal-karti tal-flus tal-euro (1), li tistabbilixxi regoli u proċeduri komuni li jipproteġu l-integrità tal-karti tal-flus tal-euro bħala mezz ta’ ħlas. |
(2) |
B’mod partikolari, l-ambitu tad-Deċiżjoni BĊE/2010/14 jeħtieġ li jitwessa’ sabiex ikun ikopri serje kurrenti u futuri ta’ karti tal-flus tal-euro, biex b’hekk jiġi żgurat illi l-karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkulazzjoni huma ġenwini u f’kundizzjoni tajba u li l-karti tal-flus tal-euro ssuspettati li huma foloz jiġu identifikati u mgħoddija lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali. Għal dan il-għan, għandhom isiru numru ta’ emendi tekniċi lill-annessi tad-Deċiżjoni BĊE/2010/14. |
(3) |
L-istandards minimi għall-verifika awtomatizzata tal-kundizzjoni tal-karti tal-flus tal-euro, kif stabbiliti f’Anness IIIa tad-Deċiżjoni BĊE/2010/14, jikkostitwixxu rekwiżiti li japplikaw għall-funzjonalitajiet tal-magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus. Għalhekk huma ta’ interess biss għal manifatturi ta’ magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus u ma għandhom ebda impatt fuq il-proċeduri tal-verifika tal-awtentitċità u l-kundizzjoni stabbiliti fid-Deċiżjoni BĊE/2010/14, li magħha jridu jikkonformaw dawk li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus. Billi jinsabu barra l-ambitu tad-Deċiżjoni BĊE/2010/14, l-istandards minimi għall-verifika awtomatizzata tal-kundizzjoni għandhom jiġu integrati fir-regoli u l-proċeduri għall-ittestjar ta‘ magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus, għall-ġbir ta’ dejta u l-monitoraġġ.. |
(4) |
Fid-dawl tal-esperjenza miksuba fir-rigward tad-Deċiżjoni BĊE/2010/14 huwa meħtieġ illi jittejbu uħud mir-regoli u l-proċeduri għal raġunijiet ta’ ċarezza u ta’ effiċjenza. |
(5) |
Id-Deċiżjoni BĊE/2010/14 għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emendi
Id-Deċizjoni BĊE/2010/14 hija emendata kif ġej:
(1) |
fl-Artikolu 2 qed tiżdied id-definizzjoni li ġejja:
|
(2) |
fl-Artiklu 3, il-paragrafu 5 jinbidel b’dan li ġej: “5. Magni mħaddmin mill-persunal, meta użati għall-finijiet ta’ verifika tal-awtentiċità u l-kundizzjoni, u magni mħaddmin mill-klijenti jistgħu jitħaddmu minn kaxxiera biss jekk ikunu ġew ittestjati b’suċċess minn BĊN u elenkati fuq il-websajt tal-BĊE kif stabbilit fl-Artikolu 9(2). Il-magni għandhom jintużaw biss għad-denominazzjonijiet u s-serje ta’ karti tal-flus tal-euro elenkati fuq il-websajt tal-BĊE għall-magni korrispondenti, bil-programmazzjonijiet standard tal-fabbrika, inkluż kwalunkwe aġġornamenti tagħhom, li jkunu ġew ittestjati b’suċċess sakemm ma jiġux miftehma programmazzjonijet aktar stretti bejn il-BĊN u l-kaxxier.”; |
(3) |
L-Artikolu 6 jinbidel b’dan li gej: “Artikolu 6 Identifikazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro li mhumiex f’kundizzjoni tajba 1. Verifika tal-kundizzjoni b’mod manwali għandha titwettaq skont l-istandards minimi stabbiliti f’Anness III. 2. Verifika tal-kundizzjoni awtomatizzata għandha titwettaq minn magna li timmaniġġja l-karti tal-flus skont l-istandards minimi li huma ppubblikati fuq il-websajt tal-BĊE u emendati minn żmien għal żmien. 3. BĊN jista’, wara li jkun informa l-BĊE, jistipula standards aktar stretti għal denominazzjoni jew serje ta’ karti tal-flus tal-euro waħda jew aktar jekk dan huwa ġġustifikat, pereżempju min deterjorazzjoni fil-kwalità tal-karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni fl-Istat Membru tiegħu. Dawn l-istandards aktar stretti għandhom ikunu ppubblikati fuq il-websajt ta’ dak il-BĊN. 4. Karti tal-flus tal-euro li mhumiex f’kundizzjoni tajba għandhom jiġu mgħoddija lil BĊN filwaqt li jitqiesu r-regolamenti nazzjonali.”; |
(4) |
fl-Artiklu 8, il-paragrafu 4 jinbidel b’dan li ġej: “4. Il-kaxxiera għandhom ikunu informati mill-Eurosistema b’theddid ta’ foloz fejn xieraq u jistgħu jkunu mitluba li jieħdu azzjoni mill-Eurosistema, inkluża projbizzjoni temporanja fuq ir-riċirkolazzjoni tad-denominazzjoni(jiet) tas-serje tal-karti tal-flus tal-euro kkonċernata(i).”; |
(5) |
fl-Artiklu 9, il-paragrafu 3 jinbidel b’dan li ġej: “3. Fejn tip ta’ magna li timmaniġġa l-karti tal-flus hija ttestjata b’eżitu pożittiv, ir-riżultati tat-test għandhom ikunu validi maż-żona tal-euro kollha għal sena mill-aħħar tax-xahar li fih ikun twettaq it-test, sakemm hija tibqa’ kapaċi tagħraf il-karti tal-flus tal-euro foloz kollha magħrufin lill-Eurosistemas matul dan il-perjodu.”; |
(6) |
fl-Artiklu 10, il-paragrafu 3 jinbidel b’dan li ġej: “3. Fejn BĊN jagħraf non-konformità minn kaxxier mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni, huwa għandu jitlob l-adozzjoni ta’ miżuri korrettivi mill-kaxxier fi żmien speċifikat. Sakemm tiġi rrettifikata n-non-konformità, il-BĊN li jagħmel it-talba jista’, f’isem il-BĊE, jipprojbixxi lill-kaxxier milli jirriċirkola d-denominazzjoni(jiet) tal-karti tal-flus tal-eur tas-serje kkonċernata. Jekk in-non-konformità hija dovuta għal nuqqas tat-tip ta’ magna li timmaniġġa l-karti tal-flus, dan jista’ jwassal għat-tneħħija tagħha mil-lista li għaliha ssir referenza fl-Artikolu 9(2).”; |
(7) |
L-Artikolu 13 jinbidel b’dan li gej: “Artikolu 13 Dispożizzjonijiet finali 1. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. 2. Kaxxiera ta’ Stati Membri li jadottaw l-euro wara d-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandhom japplikawha sa mid-data tal-adozzjoni tal-euro.”; |
(8) |
L-Annessi I, IIa, IIb, IIIa, IIIb u IV huma emendati skont l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Frankfurt am Main, is-7 ta’ Settembru 2012.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) ĠU L 267, 9.10.2010, p. 1.
ANNESS
L-Annessi I, Iia, Iib, IIIa, IIIb u IV tad-Deċiżjoni BĊE/2010/14 huma emendati kif ġej:
1. |
L-Anness I jinbidel b’dan li ġej: “ANNESS I MAGNI LI JIMMANIĠĠJAW IL-KARTI TAL-FLUS 1. Rekwiżiti tekniċi ġenerali
2. Kategoriji ta’ magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus Magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus huma jew magni mħaddmin mill-klijent jew magni mħaddmin mill-persunal: Tabella 1 Magni mħaddmin mill-klijent
CRM tista’ tintuża bħala CIM jew CCM jekk is-sistemi ta’ identifikazzjoni, is-software u komponenti oħrajn għat-twettiq tal-funzjonijiet bażiċi tagħha huma l-istess bħat-tip ta’ CRM elenkat fuq il-websajt tal-BĊE. CCM tista’ tintuża bħala CIM jekk is-sistemi ta’ identifikazzjoni, is-software u komponenti oħrajn għat-twettiq tal-funzjonijiet bażiċi tagħha huma l-istess bħat-tip ta’ CCM elenkat fuq il-websajt tal-BĊE. Tabella 2 Magni mħaddmin mill-persunal
Magni mħaddmin mill-persunal għandhom jipproċessaw il-karti tal-flus f’pakketti. TARMs u TAMs jistgħu jintużaw bħala magni mħaddmin mill-klijent jekk it-tip ta’ magna tkun ġiet ittestjata u elenkata fuq il-websajt tal-BĊE bħala CRM jew CIM/CCM rispettivament. F’dan il-każ, TARM għandha titqies bħala CRM u TAM għandha titqies bħala CIM/CCM. 3. Tipi ta’ magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus L-Eurosistema tittestja tipi ta’ magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus. It-tipi ta’ magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus jistgħu jintgħarfu minn xulxin permezz tas-sistemi speċifiċi ta’ identifikazzjoni tagħhom, is-software u komponenti oħrajn għat-twettiq tal-funzjonalitajiet ewlenin tagħhom. Dawn huma: (a) l-awtentikazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro ġenwini; (b) l-identifikazzjoni u s-separazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro suspettati li huma foloz; (c) l-identifikazzjoni u s-separazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro li mhumiex f’kundizzjoni tajba minn karti tal-flus tal-euro li huma f’kundizzjoni tajba, jekk dan ikun applikabbli; u (d) ir-rintraċċar ta’ oġġetti identifikati bħala karti tal-flus tal-euro suspettati li huma foloz u ta’ karti tal-flus tal-euro li mhumiex awtentikati b’mod ċar, jekk dan ikun applikabbli.”; |
2. |
L-Anness IIa jinbidel b’dan li ġej: “ANNESS IIa KLASSIFIKAZZJONI U TRATTAMENT TA’ KARTI TAL-FLUS TAL-EURO MINN MAGNI MĦADDMIN MILL-KLIJENT Il-karti tal-flus tal-euro huma kklassifikati f’waħda minn dawn il-kategoriji li ġejjin u huma separati fiżikament skont il-kategorija. Magni li ma jivverifikawx l-karti tal-flus tal-euro għall-kundizzjoni m’għandhomx għalfejn jiddistingwu bejn il-karti tal-flus tal-euro tal-kategoriji 4a u 4b. Tabella 1 Klassifikazzjoni u trattament ta’ karti tal-flus tal-euro minn magni mħaddmin mill-klijent li fihom jiġu ddepożitati l-flus kontanti bir-rintraċċar tal-klijent
Regoli speċifiċi fir-rigward ta’ Tabella 1:
Tabella 2 Klassifikazzjoni u trattament tal-karti tal-flus tal-euro minn magni oħrajn imħaddmin mill-klijent
Regoli speċifiċi fir-rigward ta’ Tabella 2:
|
3. |
L-Anness IIb jinbidel b’dan li ġej: “ANNESS IIb KLASSIFIKAZZJONI U TRATTAMENT TAL-KARTI TAL-FLUS TAL-EURO MINN MAGNI MĦADDMIN MILL-PERSUNAL Il-karti tal-flus tal-euro huma kklassifikati f’waħda mill-kategoriji stabiliti f’Tabella 1. Il-karti tal-flus tal-euro ta’ kategoriji 4a u 4b għandhom jinfirdu fizikament mill-karti tal-flus tal-euro ta’ kategoriji 1, 2 u 3. Magni li ma jivverifikawx il-karti tal-flus tal-euro għall-kundizzjoni m’għandhomx għalfejn jiddistingwu bejn karti tal-flus tal-euro ta’ kategoriji 4a u 4b. Tabella 1 Klassifikazzjoni u trattament tal-karti tal-flus tal-euro minn magni mħaddmin mill-persunal
Regola speċifika fir-rigward ta’ Tabella 1: Jekk il-karti tal-flus tal-euro ta’ kategoriji 2 u 3 jistgħu jinfirdu fiżikament mill-magna nnifisha jew minn magna oħra li timmaniġġa l-karti tal-flus jew, jekk jaqbel il-BĊN, minn membri tal-persunal imħarrġin, il-karti tal-flus tal-euro ta’ kategorija 3 jistgħu jingħataw lill-BĊN flimkien ma’ karti tal-flus tal-euro ta’ kategorija 4b. F’dak il-każ, it-terminu ta’ żmien il-karti tal-flus tal-euro ta’ kategorija 2 tiġi mgħoddija lill- awtorità nazzjonali kompetenti u t-taħlita ta’ karti tal-flus tal-euro ta’ kategorija 3 u 4b lill-BĊN xorta japplika kif speċifikat fit-tabella. Regoli speċifiċi dwar il-klassifikazzjoni u l-issortjar għal uħud mill-magni mħaddmin mill-persunal
|
4. |
Anness IIIa huwa mħassar, Anness IIIb huwa rrenumerat bħala Anness III; |
5. |
Anness IV jinbidel b’dan li ġej: “ANNESS IV ĠBIR TA’ DEJTA MILL-KAXXIERA 1. Għanijiet L-għanijiet tal-ġbir tad-dejta huma biex il-BĊNi u l-BĊE jkunu jistgħu jimmoniterjaw l-attivitajiet rilevanti tal-kaxxiera u biex jissorveljaw l-iżviluppi fiċ-ċiklu tal-flus kontanti. 2. Prinċipji ġenerali
3. Tip ta’ dejta u ħtiġijiet ta’ rapportar
Dejta ewlenija
Dejta operattiva
4. Kunfidenzjalità u pubblikazzjoni ta’ dejta
Appendiċi 1 GALVU TAR-RAPPORTAR Dejta ewlenija Din l-informazzjoni għandha tingħata lil: [Isem tal-BĊN; dettalji għall-kuntatt għal mistoqsijiet; indirizz] 1. Informazzjoni dwar il-kaxxier Isem il-kaxxier: Indirizz tal-uffiċċju prinċipali: ŻIP/kodiċi postali: Belt: Triq: Tip ta’ kumpanija:
Il-persuni tal-kuntatt: Ismijiet: Nri tat-telefon: Numri tal-faks Indirizzi tal-e-Mail: Sieħeb mogħti x-xogħol (jekk rilevanti) Isem: Indirizz: Żip/kodiċi postali/: Belt 2. Magni mħaddmin mill-klijent
3. Magni mħaddmin mill-persunal
4. Magni li jagħtu l-flus
Appendiċi 2 GALVU TAR-RAPPORTAR Dejta operattiva 1. Informazzjoni dwar il-kaxxier
2. Dejta Jekk jogħġbok agħti dejta aggregata fil-livell nazzjonali jew reġjonali, kif deċiż mill-BĊN – bl-esklużjoni ta’ fergħat imbiegħda.
Jekk BĊN japplika l-eċċezzjoni għall-fergħat imbiegħda stabbilita fl-Artikolu 7, din id-dejta hija obbligatorja għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu ta’ dak l-Istat Membru. L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jikkonsultaw lill-BĊNi tagħhom biex jiżguraw ruħhom dwar jekk din id-dejta għandhiex tkun irrapportata. Appendiċi 3 FERGĦAT IMBIEGĦDA TA’ ISTITUZZJONIJIET TA’ KREDITU Din l-informazzjoni hija pprovduta biss minn istituzzjonijiet ta’ kreditu li għandhom fergħat imbiegħda kif imsemmi fl-Artikolu 7(1). 1. Informazzjoni dwar l-istituzzjoni ta’ kreditu
2. Dejta
|
(*) Dawn id-dettalji jiddaħħlu skont id-dettalji korrispondenti fuq il-websajt tal-BĊE.
(**) Dawn id-dettalji jiddaħħlu skont id-dettalji korrispondenti fuq il-websajt tal-BĊE.
(1) Din il-partita tkopri kemm magni mħaddmin mill-persunal kif ukoll dawk imħaddmin mill-klijenti.
(2) Huma esklużi karti tal-flus tal-euro li jintbagħtu lura lill-BĊNi, u karti tal-flus tal-euro riċirkolati mill-kaxxiera, jekk il-BĊN jiddeċiedi hekk.