EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea
Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 52016HB0020
Recommendation of the European Central Bank of 14 July 2016 to the Council of the European Union on the external auditors of Eesti Pank (ECB/2016/20)
Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-14 ta’ Lulju 2016 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Eesti Pank (BĊE/2016/20)
Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-14 ta’ Lulju 2016 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Eesti Pank (BĊE/2016/20)
ĠU C 266, 22.7.2016, p. 1–1
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
22.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 266/1 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-14 ta’ Lulju 2016
lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Eesti Pank
(BĊE/2016/20)
(2016/C 266/01)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro huma vverifikati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
(2) |
Il-mandat tal-awdituri esterni preżenti tal-Eesti Pank, AS Deloitte Audit Eesti, intemm wara l-verifika għas-sena finanzjarja 2015. Għalhekk huwa meħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2016. |
(3) |
Eesti Pank għażel lil KPMG Baltics OÜ bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2016 sa 2020, |
ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
Huwa rrakkomandat illi KPMG Baltics OÜ għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni tal-Eesti Pank għas-snin finanzjarji 2016 sa 2020.
Magħmul fi Frankfurt am Main, l-14 ta’ Lulju 2016.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI